Kunsill San Pawl il-Baħar: Elezzjoni każwali għal nominazzjoni waħda

Il-Kummissjoni Elettorali ħabbret li nhar it-Tlieta li ġej se tkun qed tgħodd il-voti ta’ Rodney Galea biex jieħu post il-kunsillier John Barbara fil-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar.
Fi stqarrija, il-Kummissjoni qalet li rċeviet nominazzjoni waħda għall-elezzjoni każwali li se ssir fl-Uffiċċju Elettorali f’Evans Building il-Belt Valletta, nhar it-Tlieta li ġej fil-ħdax ta’ filgħodu.
In-nominazzjonijiet fetħu nhar it-Tlieta li għaddiet.