Kunsill ġdid għas-settur tal-volontarjat

Inħatar kunsill ġdid għas-settur tal-volontarjat għall-perjodu 2018 sal-2020.
L-għan tal-kunsill hu li jappoġġa lill-organizzazzjonijiet volontarji  affarijiet oħra, u jipprovdi taħriġ u konsulenza għall-voluntiera u amministraturi ta’ dawn l-organizzazzjonijiet, waqt li jistabbilixxi ċentri ta’ riżorsi għall-użu tal-istess organizzazzjonijiet.
Għandu l-irwol ukoll li jkun ta' appoġġ għall-Kummissarju tal-Organizzazzjonijiet Volontarji, liema uffiċċju jservi bħala r-regolatur tal-istess settur.
Il-kunsill il-ġdid hu magħmul minn:

  • Damien Attard minn Right 2 Smile
  • Doris Bingley mill-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa
  • Gertrude Buttigieg mill-Malta Federation of Professional Associations
  • Dr Noel Camilleri mill-Għaqda Każini tal-Banda
  • Fr Antoine Farrugia mill-Home Away from Home
  • Robert Farrugia mis-Scouts Association Malta
  • Trevor Fenech bħala rappreżentant tal-Gvern
  • Edward Gruppetta minn Red Cross Malta
  • Michael Richard Piccinino mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ
  • Oliver Scicluna mill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità
  • Dr Corrine Wood minn Dr Klown