Kunsill ġdid għall-IĠM

IĠM

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) għandu Kunsill ġdid li ġie elett waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali li saret illum.

Ċerpersin: Yannick Pace

Segretarju Ġenerali: Nigel Mifsud

Teżorier: Mario Schiavone

Membri: Roderick Agius, Domenic Aquilina, Charles Camenzuli, u Mario Xuereb.

Dawn se jservu għal sentejn.

L-IĠM irringrazzja lil Norma Saliba li għal din l-aħħar sena serviet bħala Aġent Ċerpersin.

Fi stqarrija separata, l-Għaqda Ġurnalisti Sports qalet li tinnota b’sodisfazzjoni li l-President Onorarju tagħha Charles Camenzuli żamm postu fi ħdan il-Bord filwaqt li Domenic
Aquilina, wieħed mill-membri l-ġodda eletti, huwa wkoll membru tal-Għaqda.