“Kunfidenzi żejda fuq il-post tax-xogħol iwasslu għal problemi serji”

Fl-għoti tas-sentenza lil żagħżugħ ta’ 26 sena akkużat b’fastidju sesswali fuq kollega tiegħu, il-Maġistrat Joe Mifsud sostna li “kunfidenzi żejda fuq il-post tax-xogħol jistgħu jwasslu għal problemi kbar bejn l-impjegati b’konsegwenzi serji ħafna. “
Il-Maġistrat saħaq li fil-postijiet tax-xogħol fejn m’hemmx kodiċi ta’ mġiba, dan għandu jiġi introdott u l-impjegati għandhom ikunu konxji tiegħu sa mill-ewwel jum tal-impjieg tagħhom.
Il-każ imur lura għal Frar li għadda fl-uffiċini ta’ kumpanija fil-Furjana, meta ż-żewġ kollegi ftiehmu li wara l-ħin tax-xogħol jagħmlu massaġġi lil xulxin.
Iż-żagħżugħ ma nstabx ħati tal-akkużi miġjuba kontrih għax il-Qorti ma ħassitx li l-Prosekuzzjoni ppruvat li l-imputat wettaq dan ir-reat.