“Kunfidenti li nerġgħu nġibu l-każijiet qrib iż-żero” – Fearne

Read in English.

Id-deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne jinsab kunfidenti li l-cluster li nħoloq minn numru ta’ każijiet relatati mal-party tar-Radisson Blu se jiġi kkontrollat kif seħħ f’każijiet simili.

Meta kien qed jitkellem fuq il-progamm Newsbook Hour ma’ Fr Joe Borg fuq 103, Fearne saħaq dwar l-importanza tat-testjar bħala għodda kontra l-imxija tal-coronavirus.

“Sakemm il-portijiet tagħna jibqgħu mitfuħin, se jibqa’ jkollna l-każijiet tal-coronavirus. Però jien kunfidenti li dan il-każ se jiġi kkontrollat,” stqarr Fearne.

Hu saħaq li l-awtoritajiet tas-saħħa tgħallmu mill-każijiet li kellna tul l-imxija u jinsabu aktar preparati għal kull eventwalità.

Waranofsinhar fuq Twitter Fearne qal li minkejja li ma kienx hemm każi reġistrati ta’ COVID-19 illum xorta jappella għall-kawtela u r-responsabbilità.