Tal-ITS daqs għalliema postsekondarji

Read in English.

Għall-ewwel darba f’27 sena, l-akkademiċi tal-ITS se jkollhom kundizzjonijiet tajbin daqs għalliema fi skejjel postsekondarji oħra.

Wara sena ta’ diskussjonijiet, l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) u l-Unjin tal-Għalliema Maltin (MUT), iffirmaw ftehim kollettiv dwar it-trattament tal-għalliema tal-ITS. Dan kien approvat b’maġġoranza assoluta mill-għalliema. Dan il-ftehim għandu jservi għal 5 snin.  

Is-salarji tal-għalliema tal-ITS issa se jkunu daqs ta’ għalliema minn istituzzjonijiet edukazzjonali oħra, u akkademiċi li jkunu qegħdin jgħallmu għall-ewwel darba se jibbenefikaw minn riżorsi akkademiċi fuq il-post tax-xogħol. Il-kundizzjonijiet għandhom jitjiebu għalihom ukoll.

B’dan il-ftehim, l-ITS ikun jista’ jiżviluppa bħala Istitut fil-Fondazzjoni Internazzjonali tat-Turiżmu u tal-Edukazzjoni dwar l-Ospitalità. Għalhekk, parti mill-qbil kien li s-sigħat issa huma aktar flessibbli, għaliex huma bejn it-8.30am u l-11pm.