Kundanna u appell lill-PM mill-Istitut tal-Ġurnalisti

L-IĠM irċieva lmenti minn diversi kmamar tal-aħbarijiet

Read in English.

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin jikkundanna bl-aktar mod kategoriku ċ-ċensura mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fil-konfront ta’ kmamar tal-aħbarijiet, fosthom ta’ Newsbook.com.mt li ma konniex infurmati dwar il-kumment li Dr Joseph Muscat ta lill-midja dalgħodu f’Kastilja.

F’kummenti li ta lil sezzjoni tal-midja
Filmat: Yorgen Fenech: “L-ikbar każ s’issa” – PM

Fi stqarrija, il-Kunsill Eżekuttiv tal-IĠM sejjaħ lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex iwaqqaf minnufih dawk li sejjaħ prattiċi ħżiena li qed jiġu adottati. Saħaq li kull kamra u kull ġurnalist għandu jiġi trattat l-istess mill-Gvern u jitħalla jaħdem fil-libertà, hu min hu, ġej minn fejn ġej.

Insista li l-Gvern m’għandu fl-ebda każ jagħżel lil min jistieden għall-konferenza tal-aħbarijiet, speċjalment meta dawn ikunu ta’ importanza nazzjonali bħalma huma l-istqarrijiet li qed jagħmel il-Prim Ministru dwar l-aħħar żviluppi relatati mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

L-IĠM qal li fl-aħħar ħinijiet irċieva lmenti li kmamar tal-aħbarijiet ma ġewx mistiedna għal aktar minn darba biex jattendu għal stqarrijiet importanti mill-Prim Ministru dwar l-aħħar żviluppi dwar dan il-każ.

Il-kunsill qal li ġie infurmat ukoll li minkejja li kmamar tal-aħbarijiet ppruvaw jagħmlu kuntatt mal-uffiċjali responsabbli mill-komunikazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, “dawn mhux jingħataw widen”.