Kundanna qawwija mill-Mexxejja Reliġjużi għall-attakk fuq is-Sirja

Il-Patrijarka ta’ Antijokja, l-Ortodossi Griegi, Ortodossi Sirjani u l-Kattoliċi, ikkundannaw bil-qawwa kollha l-aggressjoni brutali li seħħet fl-għodwa tal-14 ta’ April fuq is-Sirja mill-Istati Uniti, Franza u l-Ingilterra fuq allegazzjonijiet li l-Gvern Sirjan uża l-armi kimiċi.
Il-mexxejja reliġjużi qal li:

  1. Din l-aggressjoni brutali hi bi ksur ċar tal-liġijiet internazzjonali u l-Karta tan-Nazzjonijiet Magħquda, għax hu attakk mhux ġustifikat fuq pajjiż sovran, membru tan-Nazzjonijiet Magħquda.
  2. Jiddispjaċina ħafna li dan l-attakk ġie minn pajjiżi b’saħħithom li s-Sirja ma għamlithom ebda ħsara b’ebda mod.
  3. L-allegazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Magħquda u pajjiżi oħra li l-armata Sirjana qed tuża armi kimiċi u li s-Sirja hi pajjiż li għandu u juża dawn it-tip ta’ armamenti, mhix iġġustifikata u m’hemmx provi ċari u suffiċjenti li jsostnuha.
  4.  Iż-żmien u l-ħin ta’ din l-aggressjoni fuq is-Sirja meta kienet se tibda l-ħidma tagħha fil-pajjiż Kummissjoni Internazzjonali Indipendenti, jimmina l-ħidma ta’ din l-istess Kummissjoni.
  5. Din l-aggressjoni brutali tkisser iċ-ċansijiet għal soluzzjoni politika paċifika u se twassal biex is-sitwazzjoni tkompli teskala u jkun hemm aktar kumpilazzjonijiet.
  6. L-aggressjoni inġusta tinkoraġixxi organizzazzjonijiet terroristiċi u ssaħħaħhom fil-ħidma terroristika tagħhom.
  7. Aħna nitolbu lill-Kunsill tals-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda li juża r-rwol naturali tiegħu biex iġib il-paċi flok jikkontribwixxi biex jikbru l-gwerrer.
  8.  Insejħu lill-Knejjes kollha fil-pajjiżi li pparteċipaw f’din l-aggressjoni biex jaqdu d-doveri tagħhom ta’ Nsara, skont it-tagħlim tal-Vanġelu, u filwaqt li jikkundannaw din l-aggressjoni jitolbu lill-gvernijiet tagħhom jimpenjaw ruħhom biex jipproteġu l-paċi internazzjonali.
  9. Aħna nsellmu l-kuraġġ, l-eroiżmu u s-sagrifiċċji tal-Armata Sirjana li b’kuraġġ qed tipproteġi lis-Sirja u toffri sigurtà lill-poplu tagħha. Nitolbu għall-erwieħ tal-martri u l-fejqan tal-midruba. Aħna konvinti li l-Armata mhux se ċċedi quddiem aggressjonijiet terroristiċi interni jew esterni u tkompli tiġġieled kontra t-terroriżmu sakemm kull pulzier tal-art Sirjana jitnaddaf mit-terroriżmu. Bl-istess mod infaħħru l-pożizzjoni kuraġġjuża li ħadu l-pajjiżi ħbieb tas-Sirja u l-poplu tagħha.

Fl-aħħarnett il-mexxejja reliġjużi offrew talb għas-sigurtà u l-ħelsien tas-Sirja minn kull forma ta’ gwerra u terroriżmu.
“Nitolbu għall-paċi fis-Sirja u fid-dinja kollhau nappellaw biex jiżdiedu l-isforzi għar-rkonċiljazzjoni nazzjonali biex ikun protett dan il-pajjiż u tkun preservata d-dinjità tas-Sirjani kollha”, temmew jgħidu.