L-Eġittu – Dmija u Kaos

Kundanna mill-Ġnus Magħquda hekk kif fl-Eġittu, mll-anqas mitejn u tletin persuna jinqatlu fi ġlied li kien hemm mal-forzi tas-sigurtà mal-pajjiż kollu.   Mietu wkoll mal-40 pulizija.

Is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda Ban Ki Moon ikkundanna bl-aktar mod qawwi l-vjolenza li seħħet ilbieraħ fil-Kajr meta s-servizzi tas-sigurtà wżaw il-forza biex jwarrbu dimostranti. 

Din il-kundanna waslet jiem wara li Ban Ki moon għamel sejħa li naħat kollha biex jikkunsidraw l-azzjonijiet tagħhom fid-dawl tar-realtajiet politiċi ġodda u biex jiġi evitat it-telf tal-ħajja umana.  Huwa ħeġġeġ lill-Eġizzjani kollha biex jiffokaw fuq ir-rikonċiljazzjoni inklussiva.

Filwaqt li l-Ġnus Magħquda qalet li qed tiġbor l-informazzjoni dwar l-avvenimenti tal-bieraħ, jidher li mijiet ta’ nies inqatlu jew ġew midruba fi ġlied bejn forzi tas-sigurtà u dimostranti, li kienu qed jitolbu li jerġa jingħata l-poter il-President Mohammed Morsi li tneħħa mill-militar.