Kunċerti f’nofsinhar għad-dilettanti tal-jazz

Illum jiġi fi tmiemu l-Festival Internazzjonali Malti għall-Arti iżda minn għada jibdew l-attivitajiet tal-Jazz on the Fringe li jilħqu l-qofol tagħhom fil-Malta Jazz Festival 2016.
Fost oħrajn matul din il-ġimgħa se jittella’ r-raba’ edizzjoni tal-Malta Summer Jazz Camp.
Se jkun hemm ukoll Kunċerti ta’ Nofsinhar bla ħlas bejn id-19 u t-23 ta’ Lulju b’diversi artisti Malti u barranin.
Il-kunċerti jibdew fin-12.30pm u se jinżammu fi Triq ir-Repubblika għad-dell tal-bini tal-Parlament.
Il-Jazz Camp se jipprovdi erba’ masterclasses u workshops minn edukaturi importanti, li ġejjin mix-xena attwali tal-jazz internazzjonali.
Matul il-festival se jkun hemm Malta artisti internazzjonali fosthom Snarky Puppy, Bill Evans, Omer Avital u Marcus Roberts.
Il-Malta Jazz Festival 2016, imtella’ mill-Kunsill Malti għall-Arti, hu megħjun minn Cyberpass, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, MSV Life u TVM. MIA, flimkien mal-Fundazzjoni Valletta 2018, qed jappoġġjaw The Jazz on the Fringe.
 
Ritratt: DOI – Pierre Sammut