Kunċert virtwali tal-Milied mill-istudenti ta’ Mater Boni Consilii St. Joseph School Paola

Mater Boni Consilli

Fis-17 ta’ Diċembru 2020, l-iskola Mater Boni Consilii, St. Joseph Paola organizzat il-kunċert annwali tal-Milied. Din id-darba b’mod virtwali u billi ġiet ukoll rispettata d-distanza soċjali. Il-kunċert ixxandar b’mod dirett għall-qassisin u saċerdoti li jgħixu fid-Dar tal-Kleru f’Birkirkara. Il-kunċert kien ikkordinat mill-għalliema tal-mużika Mary Grace Grech. 

F’kelmtejn ta’ introduzzjoni, il-kap tal-iskola, Dr Kenneth Vella, filwaqt li rringrazzja lis-Sinjura Grech tal-inizjattiva u lill-għalliema tal-appoġġ tagħhom, fakkar li normalment kull sena l-iskola torganizza kunċert u l-istudenti jżuru xi dar tal-anzjani. Din is-sena, minħabba s-sitwazzjoni preżenti dan ma kienx possibli li l-istudenti jżuru l-anzjani fiżikament. Għalhekk ġie organizzat kunċert virtwali li seta’ jiġi segwit mir-residenti tad-Dar tal-Kleru. Hu anki rringrazzja lid-diversi saċerdoti preżenti għall-ħidma tagħhom lejn is-soċjeta’ Maltija matul is-snin.   

Ta’ min wieħed jinnota li kull klassi tellgħet rappreżentazzjoni. Fl-aħħar tal-kunċert, l-istudenti sellmu b’mod speċjali lill-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P. li għandu rabtiet speċjali ma’ din l-iskola u li kien ukoll preżenti għall-kunċert. 

Mater Boni Consilli