Kunċert tal-Milied f’Ħal Qormi b’risq Puttinu Cares

Il-parroċċa ta’ San Sebastjan, b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali Qormi se torganizza kunċert mużikali għal żmien il-milied, liema qligħ se jmur b’risq Puttinu Cares.

Il-kunċert, bl-isem ta’ “Carols by Candle light” se jittella fil-Knisja ż-żgħira ta’ San Sebastjan. F’din is-serata, il-leħen tal-kor tat-tfal Angelicum se jieħu post il-ħemda li wieħed isib f’din il-knisja. Kantanti oħra li se jieħdu sehem f’din is-serata jinkludu membri mill-grupp X-Tend, Geordie u oħrajn.

Il-Kunċert se jsir nhar l-Erbgħa li ġej, 12 ta’ Diċembru fit-8pm.