Kunċert ta’ mużika klassika u moderna tal-Milied f’Tas-Sliema

Is-Soċjeta’ Filarmonika Stella Maris qiegħda torganizza l-kunċert Annwali tal-Milied b’repertorju vast ta’ mużika moderna u klassika, nhar il-Ħamis 12 ta’ Diċembru 2019 fis-7.15pm, fil-Knisja Arċipretali ta’ Stella Maris, fi Triq il-Kbira, Tas-Sliema.

Il-banda Stella Maris, taħt id-direzzjoni ta’ Mro Michael Pulis se tesegwixxi siltiet popolari fost l-oħrajn; White Christmas, Cantate Domino, The Prayer, mużika mill-film La Vita e’ Bella, A Whole New World, Jingle Bell Rock, Tu Scendi dalle Stelle, u aktar.

Se jieħdu sehem ukoll il-kantanti Lawrence Gray, Michaela Agius, Riona Degiorgio, u il-Kor tal-Parrocca Stella Maris.

Id-dħul huwa bla ħlas u l-bibien jiftħu fis-6.45pm.

Għal aktar informazzjoni dwar dan il-kunċert, ċempel fuq 79445778.