Kunċert ta’ marċi funebri b’risq il-Multiple Sclerosis Society

Grupp ta’ bandisti voluntiera minn diversi każini tal-baned se jagħtu kunċert ta’ marċi funebri bil-għan li jinġabru fondi għall-Multiple Sclerosis Society.
Il-Multiple Sclerosis Society hi għaqda mhux governattiva li tgħin persuni li jsofru mill-kundizzjoni tal-Multiple Sclerosis liema kundizzjoni għad m’hemmx kura għaliha u tattakka is-sistema nervuża u tista’ taffettwa il-moħħ jew ix-xewka tad-dahar.
Il-kunċert Memoriam se jittella’ nhar il-Ġimgħa li ġej fit-tmienja ta’ filgħaxija fil-Knisja ta’ Ġieżu fir-Rabat.
Flimkien mal-banda li se tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro Lesley Tabone, se jieħu sehem ukoll il-kor tat-tfal ta’ Romina Vella.