Kunċert ta’ Jovanotti jitħassar minħabba tħassib dwar is-sigurtà

Ritratt: SoleFabrizio

Kunċert li l-kantant Jovanotti kien qed jippjana għal nhar is-Sibt 17 ta’ Awwissu f’Vasto Marina bħala parti mill-Jova Beach Party Tour, tħassar definitivvament mill-awtoritajiet tal-post minħabba fi tħassib dwar is-sigurtà.

Madwar 30,000 biljett kien diġà mibjugħ għal dan il-kunċert, iżda l-awtoritajiet konċernati ma riedux jafu b’aktar taħdidiet għax insistew li folla bħal dik tista’ twassal biex ikun hemm ħafna ġlied.

Jovanotti, li jismu proprju huwa Lorenzo Cherubini, baqa’ jinsisti iżda ma wasal imkien.

Ta’ xejn qalilhom li diġà għamel 9 kunċerti oħra ta’ dan it-tip u ma kienx hemm inkwiet, għax xorta waħda ma riedux jafu!

Jovanotti għamel apoloġija pubblika ma’ dawk li diġà kienu xtraw il-biljetti għal dan il-kunċert permezz tal-mezzi soċjali. Fl-istess messaġġ ma qagħadx lura milli jesprimi d-disapprovazzjoni tiegħu għad-deċiżjoni li ttieħdet.

Ritratt: Facebook