Filmat: L-aqwa kantanti fil-kunċert Malta Together

Joseph Calleja, Ira Losco fost l-artisti li ser jieħdu sehem f'dan il-kunċert.

Read in English.

Nhar il-Ħadd 3 ta’ Mejju Malta se tilqa’ festival ta’ gratitudni, b’appoġġ għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa, u persuni oħra fosthom voluntiera li jinsabu quddiemnett fil-ġlieda kontra l-isfidi mediċi u soċjali kkawżati mill-Covid-19.

Dettalji dwar dan tħabbru waqt 103 Breakfast minn Xandru Grech.

Ispirat mill-kunċert ta’ Lady Gaga “One World: Together at Home”, dan il-festival għandu l-għan li jipprovdi divertiment lil kulħadd mid-dar, filwaqt li jintwera l-apprezzament ta’ pajjiżna lil dawk involuti direttament f’din l-isfida kbira.

Ira Losco u Joseph Calleja aċċettaw it-talba li saritilhom minn Mark Weingard, l-fundatur ta’ Malta Together biex jappoġġjaw din l-inizjattiva

“Dan il-festival virtwali flimkien ma’ Malta Together huwa l-mod tagħna ta’ kif ngħidu grazzi lil dawk kollu li jinsabu fuq quddiemnett f’din is-sitwzzjoni, l-infirmiera, it-tobba sal-ħaddiema tas-supermarkets, letteralment kuljum hemm għall-ġid tal-pajjiż kollu. Dan hu l-mod tagħna ta’ kif ngħidu grazzi lilkom. Nittama li tieħdu gost b’dan l-avveniment” qal Joseph Calleja.

Ira Losco qalet li “ninsab verament eċitata li nistgħu ngħinu billi ngħollu l-morali tal-poplu ta’ Malta u nesprimu l-apprezzament tagħna għal kull min b’xod jinsab quddiemnett f’din il-battalja. Permezz ta’ dan il-kunċert, se nżidu l-għarfien tal-ħidma fantastika li qed issir minn organizzazzjonijiet volontarji, li jipprovdu ikel lil persuni fil-bżonn, li qed jgħinu persuni maħkuma mill-biża’ u d-dipressjoni u tant oħrajn. Se nkunu qed inxerrdu l-messaġġ li rridu nibqgħu d-dar biex nieħdu ħsieb tagħna nfusna, filwaqt li niżguraw li nżommu ruħna attivi u kuntenti.

Il-produzzjoni ta’ dan il-festival qed tkun koordinata mill-organizzaturi ta’ X-Factor Malta (Mint Media), Jagged House u Malta Together. 

F’dan il-Festival se jieħdu sehem fost l-aqwa artisti u personalitajiet fosthom Joseph Calleja, Ira Losco , Tribali, Winter Moods, The Travellers, Red Electric, Michela, Destiny, The New Victorians, Djun u Matthew James fost ħafna sorpriżi oħra.

Il-kunċert ser jixxandar il-Ħadd 3 ta’ Mejju fid-9 ta’ filgħaxija fuq TVM u se jkun strimjat bl-Ingliż fuq l-Internet fl-istess ħin.

Kelliem għal Malta Together fisser li dan il-kunċert se jkun spettaklu li jqawwi qlub kulħadd mimli mużika minn uħud mill-aqwa kantanti Maltin kif ukoll se jkun hemm il-preżenza speċjali ta’ diversi personalitajiet barranin u eroj lokali involuti fl-isfidi li ninsabu għaddejjin minnhom bħalissa.

Malta Together | A Festival of Gratitude and Inspiration

Malta Together – A Festival of Gratitude and Inspiration is exactly what we need right now, quality entertainment by the best of the best of the island’s artists and a shower of gratitude towards the health care workers, other front liners and volunteers who are involved in the fight against the medical and social problems brought on by Covid-19. Here's our brand ambassadors Joseph Calleja & Ira Losco with a message to all of you out there.Thank you Joseph and Ira for being part of this project and we look forward to more messages from all artists performing during our festival.Malta Together – A Festival of Gratitude and Inspiration will air on the 3rd of May 2020 at 21:00 on Television Malta and on our official social media platform and will feature (In Alphabetical Order)Amber, Destiny Chukunyere, Djun, Emma Muscat, FAITH – Five Are In The House, Gaia Cauchi, Glen Vella, Ivan Grech (Winter Moods), Justine Shorfid, Kevin Paul, Il-Lapes, Malta Philharmonic Orchestra, Marc Storace, Matthew James Borg, Michela, Nicole Frendo, Leuellen, Pamela Bezzina, Red Electrick, The New Victorians, The Travellers, Tribali.Stay Safe, Keep Active, Help Each Other, Malta Together.Instagram : https://bit.ly/MaltaTogetherInstaTwitter: @MaltaTogetherWebsite : www.maltatogether.com#MaltaTogether #TheConcert #Covid19 #Malta

Posted by Malta Together on Friday, April 24, 2020

Dawk kollha involuti fil-produzzjoni ta’ dan l-avveniment, inkluż l-artisti nfushom qed jagħmlu dan fuq bażi volontarja u l-ispejjeż diretti marbuta mal-produzzjoni tal-avveniment se jkunu kopruti mill-isponsors tal-avveniment: Iniala Group, Betsson Group u Brown’s Pharmacy. 

Malta Together huwa portal online (https://www.maltatogether.com/) li jagħti aċċess lin-nies għal varjetà ta’ servizzi li jistgħu jgħinuhom jadattaw għal dan iż-żmien diffiċli matul il-pandemija tal-coronavirus f’Malta. Dan huwa sit fejn tista’ ssib dak kollu li għandek bżonn matul dan iż-żmien – inkluż informazzjoni dwar helplines, counselling, servizzi online, kif ukoll klassijiet online biex ikun żgurat li kulħadd iżomm ruħu okkupat waqt li qegħdin id-dar. Dan il-portal qed jorganizza wkoll serje ta’ kompetizzjonijiet eċitanti bi premjijiet sbieħ kemm għall-adulti u anke għat-tfal ta’ kull età.

Malta Together hija inizjattiva mhux għal profitt imwaqqfa minn Inspirasia Foundation

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn