Kunċert oriġinali ta’ Disney f’Malta

Il-karattri ta’ Disney dalwaqt se jkunu f’Malta bl-Orkestra Filarmonika ta’ Malta tippreżenta kunċert oriġinali.
Fost il-kanzunetti li se jindaqqew se jkun hemm siltiet minn Aladdin, The Lion King, Pirates of the Caribbean kif ukoll Frozen.
L-iljieli maġiċi se jkunu msaħħrin ukoll mill-vuċi ta’ Gaia Cauchi, magħżula għal dan l-ispettaklu minn Disney kif ukoll kor tat-tfal immexxi minn Gillian Zammit.
Kull minn jattendi għal dan il-kunċert se jkollu ċ-ċans jerġa’ jgħix it-tfulija permezz ta’ siltiet mill-films.
Sigmund Mifsud, il-kap eżekuttiv tal-Orkestra, qal li dan huwa unur kbir li se ssir din il-kollaborazzjoni mal-kumpanija famuża.
Disney Live in Concert se jkun qed jintwera fit-13 u fl-14 ta’ Frar, bil-biljetti jistgħu jinxtraw minn hawn.

Ritratt: Charles Paul Azzopardi