Kunċert mit-tenur Taljan Frate Alessandro b’risq il-MCCF

Nhar is-Sibt 7 ta’ Frar, għall-ewwel darba f’Malta se jkun qed jagħti kunċert it-tenur Taljan ta’ fama internazzjonali, Frate Alessandro minn Assisi.
Dan il-kunċert se jsir taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca.
Il-President ta’ Malta irringrazzjat lis-Soċjetà Filarmonika Vilhena li qed torganizza dan il-kunċert ta’ mużika sagra b’risq il-Malta Community Chest Fund.
Hija faħħret lill-komunità Furjaniża li qed tieħu inizjattiva bħal din biex tgħin lil dawk li jiġu bżonn l-għajnuna. 
Frate Alessandro, se jagħti dan il-kunċert b’risq il-Malta Community Chest Fund, fejn se tinġabar donazzjoni ta’ €10. 
Il-kunċert se jkun qed isir is-Sibt 7 ta’ Frar, fil-Knisja ta’ San Publiju fil-Floriana, fit-8 ta’ filgħaxija. 
Il-Banda Vilhena se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur, Heathcliffe Balzan. 

Ritratt: DOI – Jason Caruana