Kunċert minn żagħżugħ Għawdxi aċċettat fi skola prestiġġjuża

Gozo concert

Se jingħata kunċert miż-żagħżugħ Baritonu Għawdxi Charles Buttigieg, akkumpanjat mis-Surmast Stephan Camilleri. 
Dan il-kunċert se jsir fil-Knisja tal-Madonna ta’ Loreto, f’Għajnsielem, nhar il-Ħamis 7 ta’ Ġunju fis-7.30pm.
Riċentemebnt, Buttigieg ġie aċċettat fl-istitut prestiġġuż “Curtis Institute of Music” fl-Istati Uniti, wara li ġie magħżul waqt awdizzjoni li saret f’Philadelphia.
Dan il-kunċert qed jiġi organizzat mill-Fondazzjoni Papa Gwanni Pawlu II (JP2), b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex, id-Direttorat tat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku, il-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem, kif ukoll il-Parroċċa tal-Madonna ta’ Loreto.
Il-pubbliku huwa mistieden jattendi.