Kunċert mill-Banda tal-Pulizija b’risq id-Dar tal-Providenza

Il-Banda tal-Korp tal-Pulizija se ttella’ kunċert vokali u strumentali bl-isem ta’ ‘La Passione di Cristo’ għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa ġewwa l-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl fl-Imdina, nhar is-Sibt 24 ta’ Marzu 2018 fit-8pm.
Flimkien mal-Banda tal-Korp tal-Pulizija, mmexxija mis-Surmast Direttur is-Supretendent Anzjan Anthony Cassar, se jieħdu sehem ukoll il-Guest Musicians Ensemble, l-Amadeus Chamber Choir, is-sopran Ruth Sammut Casingena, it-tenur Brian Cefai, l-organista Chris Role, l-arpista Esmeralda Galea Camilleri, Leanne Farrugia fuq l-Oboe u oħrajn.
Id-dħul minn dan il-kunċert se jmur għad-Dar tal-Providenza, għalhekk qed tintalab donazzjoni ta’ €10.
Il-biljetti jinkisbu mill-Kavallier ta’ San Ġakbu l-Belt Valletta, mill-Media Centre (RTK) ta’ Blata l-Bajda, mid-Dar tal-Providenza s-Siġġiewi u mill-uffiċju tad-DTP fi 244, Triq San Pawl, il-Belt Valletta, kif ukoll mill-Kunsill Lokali tal-Imdina.