Kunċert mal-inżul u t-tlugħ tax-xemx fl-Imnajdra

Heritage Malta

Se jsir kunċert fil-kumpless megalitiku tal-Imnajdra, darba ma’ inżul ix-xemx u l-għada mat-tlugħ tax-xemx.

Fi stqarrija, Heritage Malta qalet li se jkun qed jitħejja programm imżewwaq b’taħlita ta’ arkeoloġija u mużika fil-kunċert Ritual.

It-trumbunist Skoċċiż, John Kenny, se jkun qed juri l-evoluzzjoni tat-trumbun, li tinkludi l-bronja u replika ta’ horn Skoċċiż li kien jindaqq fil-gwerra, il-carnyx.

L-udjenza tista’ tiċċelebra s-solstizju tas-sajf permezz ta’ dan l-avveniment li se jsir fit-23 ta’ Ġunju fis-7:30 pm u fl-24 ta’ Ġunju fis-6:00 am.

Il-biljetti jiswew €15 u jistgħu jinxtraw minn hawn.