Kunċert ieħor bil-favoriti tal-Prim Ministru

Se jsir kunċert ieħor għal The Prime Minister’s Playlist, minħabba li l-biljetti għall-kunċert tas-Sibt 24 ta’ Frar inbiegħu kollha.
Mid-dehra ħafna qabdithom kurżità dwar x’tip ta’ mużika jisma’ l-Prim Ministru, u għaldaqstant l-Uffiċċju tal-Prim Ministru flimkien mal-Orkestra Nazzjonali se jkunu qed itellgħu serata oħra l-Ħadd 25 ta’ Frar fis-6pm.
F’dan il-kunċert, kif iġib l-isem stess, se tindaqq il-mużika favorita tal-Prim Ministru Joseph Muscat.
F’Novembru ta’ sentejn ilu, Dr Muscat kien semma li hu fan kbir tal-grupp Marillion. Tgħid fil-kunċert se tindaqq xi waħda minnhom?