Kunċert ġdid ta’ Vasco Rossi llejla

Għall-ewwel darba fuq it-televiżjoni Taljana, llejla l-istazzjon tal-Mediaset, il-Canale 5, se jkun qed ixandar il-kunċert Vasco Rossi Non Stop Live, satejn ta’ mużika li jiċċelebraw is-suċċessi li dan l-artist kellu bil-kunċerti tiegħu fl-Italja.

Apparti l-mumenti spettakolari tal-kunċert, illejla se nkunu qed naraw ukoll xeni minn wara ‘l kwinti hekk kif jitwasslu mumenti li ma nimmaġinawx li jkunu qed jiġru hekk kif il-kantant u n-nies tiegħu ikunu għaddejjin minn kanzunetta għall-oħra, kif ukoll il-preparamenti minn kunċert għall-ieħor fi bleit differenti fl-Italja.

Vasco Rossi ma jonqosx li jwassal uħud mis-siltiet popolari mir-repertorju vast tiegħu li jinkludu Cosa succede in città u Qui si fa la storia hekk kif jaqsam ukoll xi ħsibijiet wara xi kanzuentti partikolari.

Dan il-kunċert se jkun qed jitwassal fuq Canale 5 mid-9.20pm ‘il quddiem.