Kunċert b’risq id-Dar tal-Providenza

Se jittella' kunċert ta' mużika sagra b'risq id-Dar tal-Providenza.
Il-kunċert, li se jittella' mis-St Paul Chamber Ensemble taħt id-direzzjoni ta' Mro. Mark Agius, se jsir fir-28 ta' Ottubru fis-7.30pm.
Hu se jsir fil-Knisja ta' San Franġisk fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta.
Id-dħul huwa b'xejn, għalkemm donazzjoni għad-Dar tal-Providenza tkun apprezzata.
Is-St Paul Chamber Ensemble, li twaqqaf fl-2015, hu orkestra Maltija, li jiġbor fih 35 mużiċist u 10 kantanti.
Ritratt: Alex Buttigieg