Kun ċert li n-numru tal-bieb tiegħek għadu l-istess

Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali bidlet xi numri ta’ residenzi fl-Imġarr, il-Mellieħa u San Ġiljan.
In-numri l-ġodda ngħataw lir-residenzi li jinsabu f’dawn it-toroq:

  • L-Imġarr: Triq l-Amfora, Triq l-Għansar u Triq Sir Temi Zammit.
  • Il-Mellieħa: Triq ta’ Masrija.
  • San Ġiljan: Triq il-Ġonna, Triq l-Oleandru, Triq il-Palm, Triq is-Sajjieda, Triq is-Sur Fons, Triq it-Tamal u Triq iż-Żebbuġ.

L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-30 ta’ Ġunju, 2017, u jidher ukoll fis-sit tal-Kummissjoni taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet.
Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa għaxart ijiem mit-30 ta’ Ġunju, 2017.

Ritratt: Ian Noel Pace