Kumpens ta’ €16,400 għal mara li sfat vittma ta’ inċident

Mara ta’ 62 sena ngħatat €16,400 bħala kumpens wara li sofriet minn danni fiżiċi u psikoloġiċi wara li kienet vittma f’inċident tat-traffiku.
Dakinhar tal-inċident, li seħħ 13-il sena ilu f’Ħaż-Żebbuġ, il-mara kienet passiġġiera f’karozza ma’ żewġha.
Skont psikjatri u tobba tal-Qorti l-mara spiċċat issoffri minn diżabilità mentali ta’ 15%.
Ritratt: Arkivji