Kumpens ta’ €10,000 għal mara li sofriet 3% diżabilità f’inċident tat-traffiku

Il-Qorti ordnat li mara li sofriet minn diżabilità wara inċident fl-2006 għandha tingħata l-kumpens ta’ €10,000.
Il-mara qed issofri minn 3% diżabilità wara li karozza li kienet fiha ntlaqtet minn vann misjuq minn raġel, li tilef il-kontroll f’inċident fil-Gudja.
Sitt snin ilu r-raġel kien instab ħati li saq perikoluż li b’mod involontarju weġġa’ lil mara.
Il-Qorti ma emmnitx il-verżjoni tar-raġel li saħaq li kien tilef il-kontroll minħabba li t-triq kienet tiżloq minħabba x-xita.