Kumpens jekk jgħinu biex jinqabdu l-ispiji

Il-Gvern ta’ Beijing qed jagħti kumpens sa €68,000 għal min jikxef l-ispiji barranin.
Il-kumpens ivarja minn €13,700 sa €68,000 skont l-importanza tal-informazzjoni mgħoddija biex jinqabdu l-ispiji.
Is-sena l-oħra l-awtoritajiet kienu nedew kampanja ta’ għarfien fejn wissew iċ-ċittadini biex ma jaqgħux għas-seduzzjoni tal-ispiji barranin.
Min-naħa tagħhom l-awtoritajiet saħqu li ċ-ċittadini għandhom jagħtu sehemhom biex jinbena l-ħajt il-kbir tal-ħadid. Dan il-ħajt għandu jgħin biex jitwaqqaf l-ispjunaġġ.