Kumpens ta’ €242,000 lil sidien ta’ pompa tal-petrol li sofrew telf finanzjarju

Il-Qorti ordnat lill-Enemalta, il-Ministeru għall-Enerġija, l-Awtorità ta’ Malta għar-Riżorsi u l-GRTU biex iħallsu €242,000 f’kumpens lil persuni li kienu sidien ta’ pompa tal-petrol f’Ħaż-Żabbar.
Dan wara li s-sidien fetħu każ il-Qorti minħabba li kienu qed jagħmlu telf finanzjarju meta ġew ordnati biex jinstallaw pompi awtomatiċi tal-fjuwil u biex il-klijenti iħallsu fil-magni flok iħallsu fit-tieqa tal-pompa.
Is-sidien ippreżentaw ukoll ċifri tat-telf li sofrew bejn l-2003 u l-2010 sakemm ġew biex ibiegħu l-pompa.
Skont dawn iċ-ċifri mill-pompi awtomatiċi, fejn il-ħlas kien isir fil-magna, is-sidien kienu qed jitilfu mat-€32,000 fis-sena.
Il-Qorti orndat il-kumpens wara li kkalkulat din is-somma għal perjodu ta’ seba’ snin.