Kumpaniji u partnerships kummerċjali jistgħu japplikaw għal kont Fusion online ma’ HSBC Malta

Read in English.

Kumpaniji u partnerships kummerċjali bi dħul annwali sa €2,000,000 issa jistgħu japplikaw għal kont online Fusion tal-Bank HSBC Malta. Dan il-proċess online isegwi l-introduzzjoni b’suċċess ta’ approċċ simili s-sena l-oħra li kien popolari ma’ Sole Traders.

Il-proċedura l-ġdida biex jinfetaħ kont online għal kumpaniji u partnerships kummerċjali tissimplifika u tnaqqas b’mod sinifikanti l-ammont ta’ ħin meħtieġ biex jiftħu kont Fusion billi l-klijenti issa jistgħu jissottomettu d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa online u l-bank jieħu ħsieb il-bqija. Il-klijenti se jkunu meħtieġa biss li jkollhom appuntament wieħed wiċċ imb’wiċċ ma’ Speċjalista tal-Retail Business Banking (RBB) sabiex jikkompletaw il-proċess.

Crawford Prentice, Kap tal-Wealth u Personal Banking ma’ HSBC Malta, qal: “L-SMEs huma s-sinsla tal-ekonomija ta’ Malta u t-tibdil tal-proċess ta’ applikazzjoni għal aktar klijenti ta’ HSBC Fusion online, jagħmel parti mill-isforzi kontinwi tagħna biex nipprovdu l-iktar servizz effiċjenti li nistgħu noffru. Kull klijent kummerċjali, naturalment, għandu bżonnijiet speċifiċi u huwa propju għalhekk li qed nitolbu li xorta waħda jkun hemm laqgħa waħda ta’ konsultazzjoni ma’ wieħed mill-Ispeċjalisti RBB tagħna sabiex jifassal is-servizz li jkun hemm bżonn u jkun ikkompletat l-proċess. Il-proċess online l-ġdid tagħna jipprovdi aktar flessibilità u faċilità għall-klijenti tagħna, u jagħtihom l-għażla dwar kif jinvestu l-aħjar ħin tagħhom.”

Maħsub speċifikament għall-SMEs, HSBC Fusion jiġbor flimkien in-negozju u l-finanzi personali kollha tal-klijenti HSBC fuq pjattaforma waħda online u għalhekk jipprovdilhom għarfien aktar profond, jiffrankalhom il-ħin billi jgħaqqduhom mas-servizzi u l-appoġġ li għandhom bżonn u għalhekk jissimplifikaw il-proċess tat-tmexxija in-negozju tagħhom fuq bażi ta’ kuljum.

Aktar tagħrif disponibbli fuq https://www.hsbc.com.mt/fusion

Dan it-tagħrif twassal minn HSBC Malta.