Kumpaniji internazzjonali interessati jinvestu f’Malta

Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Argus qalet li fiż-żmien li ġej trid tinvesti aktar f’Malta fis-settur tal-pensjonijiet privati.
Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ddiskuta l-opportunitajiet għal investiment f’Malta mal-kumpanija internazzjonali Argus li toffri servizzi ta’ assigurazzjoni u prodotti ta’ servizzi finanzjarji.
F’laqgħa fil-Kwartieri ta’ Argus f’Ta’ Xbiex, il-Ministru ltaqa’ ma’ diversi uffiċjali tal-kumpanija f’Malta li tħaddem madwar 30 ħaddiem.
Huwa faħħar l-industrija ta’ assigurazzjoni li qed tgħin lill-ekonomija Maltija mhux biss billi tħaddem ħaddiema Maltin imma li tesporta s-servizzi tagħha anke barra minn Malta.
Fir-ritratt il-MInistru jidher jiltaqa’ ma’ grupp ta’ żgħażagħ li qed jingħataw opportunità ta’ xogħol mal-Argus bħala parti mix-Sheltered Employment Training Scheme sponsorizzata mill-ETC.

Ritratt: Clifton Fenech – DOI