Read in English.
Kumpanija li tipproduċi t-tarmak ġiet ordnata twaqqaf l-operat tagħha wara li ġie nnutat duħħan iswed mill-faċilità f’Ħal Far.
L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi fi stqarrija qalet li rċeviet diversi ilmenti u kienet qed issegwi l-każ iżda issa ħarġet ordni lill-kumpanija biex ma toperax fl-għaxart ijiem li ġejjin. L-ERA qalet li f’dan il-perjodu se tagħmel l-investigazzjonijiet biex tistabilixxi jekk dak li qed jintefa’ fl-arja għandux implikazzjonijiet fuq is-saħħa pubblika u l-ambjent.
Il-kumpanija tal-manifttura tista’ tintalab tinstalla mekkaniżmi speċifiċi biex tnaqqas il-periklu jekk l-investigazzjonijiet juru li hemm il-periklu.