Kumpanija tal-logħob tiftaħ uffiċċji f’San Ġiljan

Il-kumpanija tal-iGaming The Stars Group inawgurat uffiċini ġodda f’San Ġiljan.
Il-kumpanija li tħaddem mat-300 ħaddiem ġiet Malta fl-2012.
Fl-inawgurazzjoni tal-uffiċini ġodda, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li bħalissa għaddejja konsultazzjoni mas-settur, fosthom kif se titnaqqas il-burokrazija u tissaħħaħ is-serjetà f’din l-industrija.
Filwaqt li qal li s-settur tal-iGaming iħaddem eluf ta’ ħaddiema  u qed jikkontribwixxi għal 12% tal-prodott domestiku gross, Dr Muscat saħaq li hemm interess ġdid u sostanzjali minn kumpaniji tal-iGaming biex jibdew joperaw minn Malta.
Min-naħa tiegħu l-Kap Eżekuttiv ta’ The Stars Group, Rafi Askhenzi qal li b’dawn l-uffiċini ġodda f’Malta, il-kumpanija se żżid l-impjegati għal 350.
Qal li Malta għandha ħafna x’toffri bħala destinazzjoni għall-kumpaniji tal-iGaming.