Kumpanija tal-farmaċewtika tissospendi t-testijiet kliniċi għall-vaċċin tal-COVID-19

Read in English.

Il-kumpanija tal-farmaċewtika Johnson and Johnson ħabbret li se tkun qiegħda tissospendi l-provi kliniċi tagħha fuq il-vaċċin kontra l-Covid-19 wara li wieħed mill-parteċipanti spiċċa ma jiflaħx.

Fi stqarrija l-kumpanija qalet li waqqfu temporanjament it-testijiet kliniċi inkluż dawk li jinsabu fit-tielet fażi wara li parteċipant safa’ ma jiflaħx. Huma żiedu li s’issa għad m’hemmx spjegazzjoni dwar il-marda ta’ din il-persuna u se jkomplu jinvestigaw għax huma importanti li jkollhom il-fatti kollha qabel ma jkomplu jiżvelaw iktar informazzjoni.

It-testijiet kliniċi għat-tieliet fażi ta’ dan il-vaċċin bdew fl-aħħar ta’ Settembru u kien immirat li jkun hemm 60,000 parteċipant minn 200 stat fl-Istati Uniti u pajjiżi oħra, madankollu dawn it-testijiet waqqfu b’mod temporanju wkoll.