Kumpanija tal-crypto se tagħlaq wara sena f’Malta

Read in English.

CGEX, kumpanija ta’ crypto exchange li infetħet mit-tielet l-akbar exchanges tal-Korea t’Isfel, se tkun qed ittemm l-operat tagħha minn Malta. CGEX kienet infetħet f’Malta f’Ottubru tal-2018.

Fuq is-sit tagħha, CGEX qalet li se tkun qed ittemm is-servizzi tagħha fit-18 ta’ Settembru. Hi se tkun qed teqred għadd ta’ rikordji.

CGEX qalet li wara l-għeluq tagħha, il-klijenti mhux se jkunu jisgħu jaċċessaw il-flus tagħhom – la jkunu jistgħu jagħmlu depożiti u lanqas jiġbdu flus.

cgex.com

Madwar xahrejn ilu l-kumpanija kienet ħabbret sospenzjoni temporanja.

Coinone hija t-tielet l-akbar exchange fil-Korea t’Isfel u r-84 waħda fid-dinja meta wieħed jikkonsidra l-volum skont CoinMarketCap.