Kumpanija tal-avjazzjoni mistennija tinvesti f’hangar ġdid

Kumpanija tal-avjazzjoni mistennija tinvesti f’Hangar ġdid filwaqt li se tkun qed toħloq mal-erbgħin post tax-xogħol ġdid. Dan l-investiment, li se jammonta għal 5.5 miljun ewro, ġie mħabbar mill-Ministru Tonio Fenech waqt żjara li saret dalgħodu.

Il-kumpanija Maintenance Centre Malta Ltd ġiet imnedija f’Diċembru tal-2008 u bħalissa taħdem minn hangar ta’ 750 metru kwadru. Hija tħaddem total ta’ 35 persuna. Il-proġett ta’ estensjoni se jkun qed jinkludi hangar ta’ 2400 metru kwadru.

Waqt il-kelmtejn tiegħu, il-Ministru Tonio Fenech qal li għall-aħħar ħames snin, Malta esperjenzat tkabbir fis-settur tal-avjazzjoni. Dan kollu kien possibbli, saħaq il-Ministru Fenech, għal inċentivi u investiment sostanzjali.