Kumpanija tal-assigurazzjoni tiċħad li ma tridx tonora pagamenti lill-klijent

Kumpanija tal-assigurazzjoni ċaħdet li ma ridietx tonora l-pagamenti li kellha tagħmel bħala ħlas għas-servizzi mediċi li klijent kellu jagħmel waqt li kien fuq btala fl-Istati Uniti.
Fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, l-kumpanija tal-assigurazzjoni ċaħdet l-allegazzjonijiet li saru mir-raġel li kien sofra minn attakk tal-qalb.
Intqal li d-deċiżjoni li ttieħdet li ma jitħallsux l-ispejjeż kienet ġustifikata u bbażata fuq informazzjoni mgħoddija mill-klijent u t-tobba tiegħu.