Kumpanija tagħti scooter ieħor lil Damian

Wara l-appell li sar ilbieraħ bit-tama li jinstab l-iscooter ta’ Damian Ebejer, il-kumpanija Ok Medical ħabbret fuq il-paġna tagħha fuq Facebook li tagħtu scooter ieħor.

Il-kumpanija spjegat li t-tmexxija ta’ din il-kumpanija ma setgħetx tisma’ b’din l-aħbar u ma tagħmel xejn u għalhekk illum waslet scooter ieħor lil Damian. Il-kumpanija Ok Medical qalet li permezz ta’ dan l-iscooter Damian jista’ jkompli b’ħajtu għax dan huwa importanti f’ħajtu minħabba d-diżabilità fiżika tiegħu. Huma appellaw biex dawn l-episodji ma jsirux għax il-Maltin mhux magħrufin għalhekk.

Ilbieraħ Damien tella’ post fuq Facebook jappella biex jekk xi ħadd jara l-iscooter tiegħu iċempel. Huwa spjega li dan insteraq minn Birkirkara.