Kumpanija ta’ 17 Black deskritta bħala s-sid tal-wind farm f’Montenegro

Read in English.

Waqt laqgħa tal-bord tal-Enemalta, il-kumpanija intermedjara użata minn 17 Black ta’ Yorgen Fenech biex tinnegozja mal-Enemalta, ġiet deskritta b’mod żball bħala l-kumpanija li qed tmexxi l-proġett tal-windfarms f’Montenegro.

Madanakollu, Cifidex ma kellhom l-ebda ishma fil-proġett tal-Windfarms f’Jannar 2015 meta l-bord tal-Enemalta iltaqa’.

Yorgen Fenech allegatament għamel profitt ta’ €4.6 miljun permezz tal-kumpanija tiegħu reġistrata d-Dubaj, 17 Black, mid-deċiżjoni tal-Enemalta li tixtri wind farm fil-Montenegro. 

Kienet il-kumpanija Cifidex li biegħet l-ishma tal-wind farm bi prezz ta’ €10.3 miljuni lill-Enemalta u li allegatament xtrat ġimagħtejn qabel biss minn Fersa Renovables – Konsorzju Spanjol  – għal €2.9 miljun, differenza ta’ €7.4 miljuni. 

€4.6 miljun minnhom huwa allegat li baqgħu f’17 Black bħala profitt għal Yorgen Fenech.  €3 miljuni kienu trasferiti minn 17 Black għal għand Cidifex. Jiġifieri l-flus ta’ Cidifex  biex tixtri l-Wind Farm kienu ġejjin minn Yorgen Fenech.

Skont il-gazzetta The Sunday Times, fil-minuti ta’ waħda mil-laqħat tal-bord tal-Enemalta li saret f’ Jannar 2015, ic-chairman Kevin Chircop iddeskriva lil Cifidex bħala l-kumpanija li magħha l-Enemalta kienet qed ninnegozja għall-akkwist tal-ishma fil-proġett tal-wind farms fil-Montenegro.