​Kumpanija rebbieħa ta’ diversi suċċessi b’taħriġ fit-Teatru Manoel

Bħala parti mill-programm edukattiv Toi Toi, it-Teatru Manoel kkumissjona lill-Les Enfants Terribles, kumpanija teatrali Ingliża, sabiex tippreżenta workshop lill-atturi lokali.
Dan it-taħriġ kien immexxi mill-produttur u d-direttur tal-kumpanija James Seager u Joe Hufton, fejn ifukkaw l-aktar fuq it-teatru fiżiku, teknika u l-użu kreattiv ta’ props.
Uħud mill-parteċipanti saħqu li l-fatt li kellhom l-opportunità jsaqsu u jitgħallmu dwar xi jfisser li tibda kumpanija teatrali għal rasek u ssostniha hija xi ħaġa ferm inkoraġġanti. Oħrajn spjegaw li minn dan il-programm rawmu ċertu stamina u ħila neċessarja sabiex jipparteċipaw fi proġetti teatrali ta’ ċertu kalibru.
Rosetta Debattista, il-persuna responsabbli minn dan il-programm edukattiv tal-Manoel, saħqet li l-għan ta’ Toi Toi huwa li jsir irfinar tal-ħiliet tal-artisti lokali l-ġodda. Insistiet li meta l-atturi jiġu esposti għal kumpaniji internazzjonali ta’ suċċess, ikunu aktar motivati.