Kumpanija oħra tal-Cryptocurrency għal Malta

Bitbay, waħda mill-akbar kumpaniji ta’ skambju ta’ cryptocurrency fl-Ewropa, se tiġi Malta. 
Fi stqarrija l-Gvern qal li l-abbozzi li se twaqqaf l-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali, dak dwar servizzi relatati ma’ muniti virtwali, u l-abbozz dwar l-użu ta’ teknoloġija ġdida marbuta ma’ innovazzjoni diġitali – jinsabu fl-istadju tat-tieni qari fil-Parlament u dalwaqt se jinbidlu f’liġijiet.
Wara dan, ikun imiss il-proċess ta’ liċenzjar li jkun jista’ jagħti ċertezza legali lil operaturi f’dan is-settur. 
Id-deċiżjoni li ħadet Bitbay issegwi deċiżjonijiet oħra li fl-aħħar ġimgħat ħadu kumpaniji oħra bħal binance, Okex u ANX International.