Kumpanija oħra tal-blockchain għal Malta

Il-kumpanija globali YOVO li tuża’ l-blockchain se tkun qed twaqqaf il-kwartieri ġenerali tagħha f’Malta b’investiment ta’ €20 miljun.
Fi stqarrija, is-Segretarjat Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali qal li YOVO hi kumpanija li taħdem fil-qasam tan-netwerk tat-telefonija mobbli bbażata fuq it-teknoloġija blockchain.
Ma’ YOVO wieħed jista’ jirċievi jew jixtri servizzi permezz ta’ muniti diġitali (cryptocurrencies).
YOVO li hija bbażata f’Londra se tħaddem mat-30 persuna. 
Is-Segretarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali Silvio Schembri qal li l-Gvern qed jaħdem fuq tliet abbozzi ta’ liġijiet dwar it-teknoloġija u muniti virtwali. Qal li kumpaniji f’dawn is-setturi qed ifittxu ċertezza legali.
Il-Kap Eżekuttiv u wieħed mill-fundaturi ta’ YOVO, Richard Skaife, qal li minn Malta se jservu miljuni ta’ konsumaturi.