Kumpanija Maltija toħloq logħba dwar l-ikel

Il-kumpanija Maltija AcrossLimits Ltd żviluppat logħba, li tista’ titniżżel għal smartphones li jaħdmu b’sistema operattiva Android, iOS jew Windows, u li hi dwar l-ikel tradizzjonali ta’ diversi pajjiżi Ewropej.
Il-logħba nħolqot bħala parti mill-proġett Europeana għall-Ikel u x-Xorb li ngħata fondi mill-Kummissjoni Ewropea.
Tinkludi kompetizzjoni bi premijiet għal April u Mejju, kif ukoll aċċess għal riċetti u fatti oħra dwar l-ikel.
Iktar informazzjoni tinkiseb mill-paġna Facebook jew mis-sit elettroniku