Kumpanija Maltija tinqabad tevadi t-taxxa fl-Italja

Kumpanija Maltija li topera fl-Italja nqabdet tevadi miljuni f’taxxa.

Il-kumpanija tal-logħob hija bbażata f’Malta fejn għandha għadd ta’ uffiċċji, iżda topera wkoll fl-Italja fejn fetħet xi uffiċċji fl-2015, u fejn hi affiljata mal-mafja ‘Ndrangheta. Dan it-tagħrif ġie ppubblikat fuq il-midja Taljana.

Aqra: Raġel suspettat b’rabtiet mal-mafja se jiġi estradit lejn l-Italja

Il-Guardia di Finanza ta’ Reggio Calabria skopriet li l-kumpanija ma ddikjaratx id-dħul ta’ kważi €4 biljun u ma ħallsitx it-Taxxa fuq l-Imħatri fuq valur ta’ madwar €1 biljun ieħor.

Aqra: Jinħeles mill-arrest raġel imfittex fl-Italja b’rabta mal-mafja

Permezz tal-investigazzjonijiet li bdew f’Novembru tal-2018, ġew arrestati 18-il persuna u sar is-sekwestru tal-assi tal-kumpanija f’Malta u fl-Italja, b’diversi proprjetajiet u oġġetti li jammontaw għal €723 miljun.