Kumpanija Griega flok l-Arrow Pharm

Il-Malta Enterprise, PharOS u l-Arrow Pharm (li hi parti mill-grupp TEVA) qablu fuq it-termini li bihom, PharOS se tkun qed tieħu l-bini tal-fabbrika, l-apparat kif ukoll ir-riżorsi umani tal-Arrow Pharm. 
Din it-transizzjoni se tkun qed iseħħ fix-xhur li ġejjin u hu mistenni li PharOS topera f'Malta sa nofs is-sena 2018.
Il-Gvern kien assigura li l-ħaddiema se jkunu qed jiġu assorbiti mill-kumpanija li kienet qed takkwista l-operat tal-Arrow Pharm fil-ġimgħat li għaddew.
PharOS fil-bidu se tkun qed timmanifattura dożi fil-forma finali imbgħad għandha testendi l-ħidma tagħha għal niċeċ oħra tal-immanifatturar tal-prodotti tal-farmaċewtika.