Kumpanija Amerikana minn tal-ewwel biex tiċċipja l-impjegati tagħha

Kumpanija f’Wisconsin se tkun l-ewwel kumpanijia fl-Istati Uniti li se tiċċipja l-impjegati tagħha.
Three Square Market qed toffri lill-impjegati tagħha l-opportunità li tinjetta ċippa tal-identità li topera bi frekwenza apposta b’xejn.
Iċ-ċippa li fiha daqs rossa, tiswa €250 u se tippermetti lill-ħaddiema biex jiftħu l-bibien, jaċċessaw il-kompjuters u jixtru l-ikel biha.
S’issa 50 impjegat aċċettaw li jkunu injettati b’din iċ-ċippa li sservi biex ikunu nofshom umani u nofshom karta tal-kreditu.