Kummissjoni oħra biex tinvestiga diskriminazzjoni fl-FAM

Il-Ministeru għas-Sigurtà Nazzjonali waqqaf it-tieni Kummissjoni biex tinvestiga l-allegata diskriminazzjoni fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta.
L-eks Brigadier Maurice Calleja, L-eks Kulunell Raphael Farrugia u l-Konsulent tar-Riżorsi Umani Roderick Cutajar se jinvestigaw l-allegati każi fuq bażi individwali u jagħmlu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom lill-Ministru.
Il-Kummissjoni se tkun qed tinvestiga allegati każi ta’ inġustizzja li ma ġewx ikkunsidrati mill-ewwel Kummissjoni minħabba li l-ilment tressaq wara ż-żmien stipulate, oħrajn li jmorru lura seba’ snin ilu u każi oħra li tressqu quddiem l-Ombudsman jew it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta’ Inġustizzji u r-rakkomandazzjonijiet li taw qatt ma ġew implimentati.
Ilment li tressaq quddiem l-ewwel Kummissjoni jrid jerġa’ jitressaq mill-ġdid.
Il-formoli jistgħu jinkisbu mill-Fergħa tal-Amministrazzjoni u Personnel tal-FAM u jridu jiġu sottomessi sal-21 ta’ Marzu 2014.