Kummissjoni Nazzjonali tniedi stħarriġ fost studenti f’Malta

Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (NCFHE) nediet stħarriġ li se tkun qed tagħmel fost studenti Maltin u barranin li qed jistudjaw f’istituzzjonijiet avvanzati jew ta’ edukazzjoni ogħla f’Malta.
L-istħarriġ, bl-isem EUROSTUDENT, hu ntiż li jiġbor informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet soċjali u ekonomiċi tal-istudenti f’Malta.
Dan l-istħarriġ isir kull tliet snin madwar 30 pajjiż fl-Ewropa. Din hi t-tielet darba li qed isir f’Malta permezz tal-Kummissjoni Nazzjonali.
L-istudenti se jiġu kkuntattjati b’email fejn jingħataw ħolqa li tiggwidahom għall-istħarriġ.