​Kummissjoni Korruzzjoni: Il-Maġistrat Cassar jinħatar minflok Apap Bologna

Il-Maġistrat Emeritu Joseph Cassar se jinħatar bħala l-membru ġdid tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni wara li xhur ilu miet l-Imħallef Joseph Apap Bologna.
Il-Ministru tal-Ġustizzja, Owen Bonnici, qal li l-Maġistrat se jinħatar b’mod immedjat wara li dan l-aħħar saru l-konsultazzjonijiet li trid il-liġi.
Owen Bonnici kien qed iwieġeb għal Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.