Kummissjoni ġdida fi ħdan l-Arċidjoċesi ta’ Malta

L-Arċisqof Charles Scicluna waqqaf il-Kummissjoni Dottrinali fi ħdan il-Konferenza Episkopali Maltija u ħatar lil Mons. Hector Scerri bħala President ta’ din il-kummissjoni għat-3 snin li ġejjin.

Il-Kummissjoni Dottrinali għandha l-għan li tevalwa kwistjonijiet marbuta mal-fidi u l-moralità Nisranija f’Malta, u mbagħad twassal il-ħsibijiet tagħha lill-Isqfijiet. B’din l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tkun ta’ għajnuna għall-Konferenza Episkopali, sabiex id-dokumenti mħejjija jkunu aktar relevanti għall-Maltin u l-Għawdxin.

Il-membri ta’ din il-Kummissjoni huma huma Rev. Prof. Joe Agius OP, Rev. Christopher Caruana OP, Dr Nadia Delicata, Rev. Dr Jonathan Farrugia, Rev. Dr Richard-Nazzareno
Farrugia u Dr Edward Warrington.